• Home
  • About Me
  • Photo Gallery
  • Contact Me
  • Feed icon
  • Il-Gvern Qed Ikun ta’ Piz u Mhux l-Stimolu Ghall-Ekonomija

    Posted on February 15th, 2010 Charles Mangion No comments Print This Post Print This Post

    Fil-ligi li fil-prezent ghandna dwar il-mizuri tal-Budget il-Gvern introduca numru ta’ emendi ghall- ligi ta’ l-Income tax u Income Tax Management Act, liema emendi kien jixirqilhom att ghalihom. Il-Partit Laburista jaqbel ma’ kull tibdil fil-ligi dwar it-taxxa tal-qligh li jkun gustifikat u li jghin biex id-dhul kollu dovut lill-Gvern minghajr ma jkun hemm impozizzjoni gdida ta’ taxxa effetivament isehh. Madankollu, bhala Partit ma nistghux naqblu ma’ mizuri fil Budget li huma ta’ piz fuq l ekonomija.

    Bara minn hekk, fid-diskors tieghu il Ministru Fenech lanqas biss ghamel refernza ghaz-zidiet fit- tariffi tad-dawl u l-ilma,  liema zidiet ser ikollhom l-effett li jannulaw kompletament il-benficcji introdotti fil-Budget biex jghinu l-attivita ekonomika fil-pajjiz.

    It-tarfiffi ser jisssarfu f’ piz ta €88 miljun fuq l-operat ekonomiku u fuq il-familji u dan il-piz millewwel jannula kull element pozittiv li certu mizuri setghu jhallu kieku kellhom jigu implimentati.

    Barra minn hekk, il-Gvern qed ikun wkoll ottimist izzejjed dwar id-dhul tieghu.  Il-Gvern qed jikkalkula zieda fid-dhul mill-Vat li qed jghid ser tizdied b’ 5% fuq il-figura tal-2008 meta l-ekonomija hija prevista li tikber b’ anqas minn1 fil mija .

    L-ekonomija Maltija tinsab f’ricesjoni. Il-hidma tal-Gvern matul din is sena li ghaddiet ma ikkontribwitx biex l-effett tar-ricesjoni internazzjonali jittaffa. L-ahhar cifri li ppubblika l-Ufficcju Nazzjonali ta l-Istatistika (NSO) jikkonfermaw li l-Gvern immexxi minn Dr Lawrence Gonzi qed jimxi bil-maqlub ta’ dak li jistqarr u jwieghed.

    Il Prim Ministru kif wkoll il Ministru tal-Finanzi diversi drabi ftahru kemm il-Kummissjoni Ewropeja kienet fahhret lil Malta fil-bidu tas-sena l-ohra ghall-fatt li l-istimolu ekonomiku li kien wieghed fil-Budget ghall-2009 ipprezentat f’Novembru ta l-2008 kellu jkun l-aktar bazat fuq nefqa kapitali. Dan suppost ikollu rendiment akbar ghall-ekonomija tal-pajjiz billi din tmur biex ittejjeb l-infrastruttura u l-ambjent fil-pajjiz. Minn dan l-investiment kapitali produttiv jgawdu minnu mhux biss il-familji Maltin u Ghawdxin, izda anki n-negozji billi dan l-infieq kapitali, jekk kemm-il darba jsir bil-ghaqal, iservi biex itejjeb il-prodott u l-produttivita ta’ pajjizna.

    Madanakollu, meta nharsu lejn il-fatti, kif ippubblikati l-NSO illum, insibu li effettivament in-nefqa tal-Gvern fuq progetti ta’ investiment naqset b’€40m, jew b’madwar 37% fl-ewwel disa’ xhur ta l-2009 fuq l-ewwel disa’ xhur ta’ l-2008. Ghaldaqstant, dan juri li fil-prattika il-Gvern mhux qed jistimola l-ekonomija kif kien wieghed u kif qal il-Ministru Tonio Fenech ricentement fil-Parlament, izda qed jaghmel propju bil-maqlub ta’ dak li kien ipprezenta lill-Unjoni Ewropeja bhala pakkett ta’ stimolu.

    Meta imqabbel mal-medja fl-Unjoni Ewropeja t-tkabbir ekonomiku  per capita niezel minn 78% tal-medja fis-sena 2007 ghal 76.4% ghas-sena 2008. Dan ifisser li  l-ekonomija Maltija m’ hijiex qieghda tikkonvergi ma’ dik tal-Unjoni Ewropeja, anzi qed taqa’ lura meta komparata ma pajjizi ohra  fosthom Cipru .

    Bara minn hekk, ghalkemm ir-rata ta produzjoni tal-haddiema Maltin tikkompara tajjeb ma’ dik ta Cipru  f’dik li hija employment rate,   Malta tinsab ma’ ta l-ahhar.

    Dan l-ahhar il Gvernatur tal Bank Centrali kien qal li li it telf fil-kompetittivita ta’ pajjizna huwa dovut ghall-fatt li il pagi zdiedu aktar mill-produttivita matul 2008.  Wiehed ma jistax jaqbel ma tali dikjarazzjoni. Ir-raguni hija seplici. L-istatistika turi li matul dawn l-ahhar erba’ snin z-zieda fil pagi kienet wahda kompetittiva hafna meta mqabbla ma’ dik tal-Unjoni Ewropeja. Effetivament il-pagi f’pajjizna huma biss 44 % tal medja tal-UE. Skond L-Economic Survey ippublikat mill- Gvern iz-zieda rejali tal-pagi keinet wahda neagttiva matul 2009. Mela n-nuqqas ta’ kompetittivita hija attribwibbli ghal fatturi ohra,  primarjament id-decizjoniet tal-Gvern u il burokrazija governattiva.

    It-tkabbir ekonomiku u l-valur mizjud ras imbras  (per capita Gdp) jitjieb  billi jissahhu il kapacitajiet u l-hiliet tal-haddiema. Minkejja il-fatt li Malta tonfoq u tinvesti ras ghal ras daqs kemm jinvestu pajjizi Ewropej fl-edukazzjoni, huwa inaccettabli li   f’pajjizna  4 minn kull 10 studenti jispiccaw mis-sistema minghajr hiliet akkademici jew teknici u minghajr futuru. Biex jikkompeti pajjizna jista’ biss jizviluppa r-rizors uman, u ghalehkk hemm bzonn li nevalwaw ghaliex tiprevali tali sitwazzjoni minkejja n-nefqa li ssir kull sena fl-edukazzjoni

    Fir-rigward tat-tariffi I-Gvern qed jirrikorri biex jigbor l-ispiza kollha tal-produzzjoni tal- energija minghajr ma jiehu l-passi kollha necessarji biex jelimina l-inefficjenzi.  L-impatt tal-prezzijiet internazzjonli tal-zejt jikkostitwixxi 60 % tal-kontenut tal-prezzijiet tal-prodotti finali. L-40 fil-mija l-ohra huma dawk li jissejhu non fuel costs  (NFC). Dawn huma ikkontrollati mill-Gvern. Jenhtieg li l-pajjiz jkun mgharraf kif qed isir ix-xiri taz-zejt. Kemm qed jkun proattiiv il-Gvern biex jixtri fit- tul bl-ahjar prezzijiet meta tkun tipprevali din s-sitwazjoni fis suq internazjonali. Meta l-prezz kien fl-anqas livell tigehu seta’ sar arrangement dwar il-prezz futur taz-zejt. It-trasparenza f’dan ir rigward hija necessarja. Fil qasam l-iehor li jaqa’ taht il kontroll tal-Gvern, cioe Non fuel Costs, il-Gvern jenhtieg li jhares l-ewwel u qabel kollox l-impatt fuq l-ekonomija. M’ ghandux jimponi l inefficjenzi fuq il-pajjiz u l-familji. Ma jistax jippretendenti li jirkupra l investiment (Return on Capital Employed - ROCE)  b’rarti li huma aktar gholja min dawk li taghmel l-Ingilterra, bhala ezempju . Mhux accetabli ghall l-ekonomija li r-rati huma   fost l-aktar gholja fl Unjoni Ewropeja .

    Jidher car li il Gvern ma ghamel l-ebda analizi fuq limpatt socio-ekonomiku tat-tariffi kif imhabbra.

    Ghandhu probelma finazjarja ikkawzata mill-polirtika finanzjarja ta’ gervnijiet Nazzjonalistai tul l-ahhar ghoxrin sena li ilum qed taghfas fuq il-Gvern  u Il-pajjiz.  Il-piz tad-dejn kbir li pajjiz ghandu qed  jingarr mill-familji,  is-self employed,  l-operaturti ekonomici ta pajjizna. Mhuix ta’ b’xejn il  l-poplu Malti qed jiftakar dik l-ghajta ta’ ministru Nazzjoalista fi disghinijiet li ‘d-dejn jithallas minn uliedna u ulied uliedna.’

    Jidher bic-car li Gvern Nazzjonalista qed jkun ta’ piz u mhux ta’ stimolu ghall-ekonomija Maltija.

    Mhux ta b’xejn il-Gvern immexxi minn Dr Gonzi qed ikun ta piz u mhux ta’ fejda ghall-poplu Malti u Ghawdxi.

    Dr Charles Mangion

    Kelleim Ewlieni Finanzi – Partit Laburista

    Uncategorized

    Leave a Reply

Search

Categories

  • Economy
  • Family
  • Social
  • Uncategorized

Recent Posts

  • Keeping Air Malta airborne
  • Hope, hype and happy talk
  • Lethal electric shocks
  • Il hidma tal Kumitat ghall kontijiet pubblici PAC
  • Il-Gvern Qed Ikun ta’ Piz u Mhux l-Stimolu Ghall-Ekonomija

Pages

  • About Me
  • Contact Me
  • Photo Gallery
    • 2007
    • 2008

Calendar

September 2010
M T W T F S S
« Mar    
 12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
27282930  

Archives

  • March 2010
  • February 2010
  • December 2009
  • November 2009
  • October 2009
  • September 2009
  • August 2009
  • July 2009
  • June 2009
  • May 2009
  • April 2009
  • March 2009
  • October 2008
  • April 2008

Meta

  • Entries (RSS)
  • Comments (RSS)
  • Log in
-->
  • Home
  • About Me
  • Photo Gallery
  • Contact Me