

-
Kelma ta’ kuragg
Bhalissa l-familji Maltin ghadejjin minn zmien difficli hekk kif qed ircievu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Meta zzid dan mal-biza’ li hafna ghandhom fuq il-futur taghhom tista’ tifhem kemm hemm bzonn doza qawwija ta’ kuragg biex il-familji taghna jergghu jibdew iharsu ‘l quddiem b’ ottimizu.
Il-Partit Laburista mhux qed jitlef iz-zmien teighu fl-oppozizzjoni u qed ihejji ruhu biex meta jkun il-waqt jerga’ jidhol ghar-risponsabbilta li jqajjem dan il-pajjiz fuq saqajh. Bdejna biex ghamilna riformi interni halli titjieb l-efficjenza u titkattar l-ghaqda fost it-tmexxija tal-Partit. Fl-ahhar klnferenza general saru riformi kbar biex il-Partit jibda jappella izjed ghall-elettorat Malti.
L-ideja li l-Partit Laburista jipprogetta ruhu bhala moviment hija intenzjonata biex kull min ihoss li pajjizna ghandu bzonn bidla fid-direzzjoni li mexjin fiha jaghmel allejanza maghna biex din il-bida ssehh. F’ socjeta bhal taghna jkollok hafna sfumaturi ta’ idejat u twemmin politiku. Izda kulhadd jirejalizza li f’ sistema demokratika t-tibdil politiku, socjali, u ekonomiku jista’ jsir biss meta jkollok gvern progresiv li jkunu ivvutaw ghalik l-maggorazna tal-poplu Malti.
Kien f’ loku li fit-tmexxija tal-Partit jidhlu numru ta’ ucuh godda – hafna minnhom zghazagh izda bi thejjia professjonali qawwija. Magghom ser jibqghu jimmilitaw numru kibir ta’ attivisti Laburisti f’ kull livell tal-istrutturi tal-partiti – mill-memebri parlamentari, sal-ufficjali politici kif ukoll attivisti semplici li l-ghan ewlieni taghhom hu li jxandru l-messagg Laburista.
Il-Partit ghamel pass iehor ghaqli biex ixejjen l-ideja li ahna kontra min hu involut fin-negozju. Ghalina kull min jghin biex ikabbar l-ekonomija u jkattar l-impjiegi hu allejat taghna. M’ hemmx servizz socjali akbar minn dak li kull min irid jahdem ikun jista’ jaghmel dan billi jsib impjieg xieraq. Il-holqien tal-gid isir permezz ta’ investiment sew mill-Gvern kif ukoll mis-settur privat. In-negozjanti kbar jew zghir li jinvestu flushom biex ikabbru negozju ser isibu l-appogg tal-Partit Laburista ghax nifhmu l-importanza tal-holqien tal-impjiegi.
Fix-xhur li gejjin il-PL ser jibda jfassal l-politika tieghu ghas-setturi diversi tat-tmexxija ekonomika u socjali. Ser ninvolvu firxa kbira ta’ esperti biex nisimghu l-idjeat taghhom fuq l-ahjar soluzzjonijiet ghall-problemi li qed jhabbat wiccu maghhom pajjizna. Ma nistghu inwieghdu mirakli ghaliex jekk naghmlu hekk inkunu qed nidhqu bin-nies.
Dak li inwieghdu hu impenn car biex b’ energija kbira nergghu nibdew inpoggu l-interessi tal-familji taghna fuq quddiem tal-agenad politika u fil-programm ta’ hidma taghna. Diga qed insibu numru kbir ta’ allejati li lesti jghinuna f’ dan il-progett politiku. Dawn mhux dejjm kienu jaraw ghajn m’ ghajn maghna u forsi gieli ukoll kienu militanti kontra dak li kien jirraprezenta l-Partit Laburista.
Izda izza qed naraw risorgiment ta’ interss f’ agnda politka mibnija fuq ideja progressivi u moderati aktar mill fuq xi idejologia politika. Il-Partit Laburista hu kburi bid-disghin sena ta’ storja li ghandu. Konna protagonisti fis-socjeta Maltija biex noholqu bazi ta’ guztizzja socjali.
Issa irridu naggornaw irwiehna fic-cirkostanzi prezenti tas-socjeta taghna. Irridu inkunu aktar miftuhin ghal idejat u ghal persuni godda biex insiru aktar rilevanti ghas-socjeta Maltija. L-ghan ewlieni ta’ Partit Politku kbir hu li jaqdi lis-socjeta billi jkabbar il-gid u l-prosperita ghal kulhadd. Biex naghmlu dan irridu nifhmu u nhaddnu l-metodi moderni li joholqu l-gid. Irridu li kulhadd ihares ‘l quddiem bil-kuragg u jistinka biex jintlahaq dan laghan komuni. Zgur li ma jkunx facli imma ghandhi fiducja shiha fil polu malti li jirbah kull sfida li tiffacja quddiemu .
Nemmen li ghandna zminijiet sbieh quddiema jekk jirnexxilna nilqghu b’ determinazzjoni l-isfidi difficli li qed jghedduna. Il-moviment li qed jissawwar mit-tmexxxija Laburista ser jikber fis-sahha aktar ma jghaddi z-zmien meta l-poplu jibda jifhem aktar il-bzonn ta’ tigdid fis-socjeta taghna.
Ghalhekk, irridu naghmlu kuragg halli pajjizna kemm jista’ jkun malajr jerga’ jibda t-triq tal-prosperita.
Dr Charles Mangion
Kelliem ewlieni Ghall Finanzi
UncategorizedLeave a Reply

