

-
Il-hidma tal-Kumitat ghall-kontijiet publici PAC
Il-kumitat ghall-kontijiet Publici jiltaqa’ b’mod regolari waqt l-istess hin u fl-istess perjodu li jkun qed jiltaqa’ l-Parlament fil-Plenarja. Din hija l-konswetudni ta’ kull Kumitat mwaqqaff taht l-awspici tal-Parlament . Bhall-kumitati l-ohra, il-Kumitat ghall Kontijiet Publici (PAC) twaqqaf bi qbil unanimu bejn iz-zewg nahat tal-Kamra u huwa basikament regolamentat minn standing order 120 E. IL-PAC huwa kostitwit minn seba’ membri, erba minn-naha tal Gvern u tlieta minn naha tal-Oppozizzjoni; il President tal-kumitat huwa maghzul minn naha tal Oppozizzjoni li pero ma ghandhux il-poter ta’ Vot decisiv meta tkun prezentata xi mozzjoni fl-istess Kumitat. Ghalhekk, jekk ma jaqblux il-memebri tal Gvern, fil-Kumitat mozzjoni prezentata ma tghaddix.
Hafna nies ghandhom l-impresjoni sbaljata li dan il-Kumitata huwa xi Bord ta’ Inkjesta. Dan ma hux il-kaz ghax skond l-iStanding Order 120E subincis a,b,u c, il-poteri tal-Kumitat jaslu biss biex jiflu u jezaminaw materji li ghandhom x’jaqsmu ma kontijiet publici u nefqiet tal-flus publici. Jekk fil-process ta’ tali ezami tinstab xi irregolarita, irid ikun il-Gvern tal-gurnata li jagixxi u jmexxi permezz ta’ inkjesta magisterjali jew li jiehu mizuri dixxiplinari. L-iskrutinju tal-Kumitat ghall-kontijiet jwassal biex jissolrveja n-nuqqasijiet u jattribwixxi responsabbilitajiet, imma kull procedura ulterjuri trid tkun ezegwita mill-Gvern tal-gurnata . Apparti x-xoghol ta skrutinju, il-PAC jista’ jitlob li jsiru rapporti fuq n-nefqa publika jew proceduri li jinvolvu nefqiet ta’ fondi pubblici.
Fil-fatt, fuq insitgazzjoni tieghi fil-Kumitat tal Kontijiet Publici l-awditur gie mitlub jaghmel rapport fuq l-ghoti tal-kuntratt tal Power Station il-gdida - rapport li certament qed jkun mistenni minhabba l-importanza tieghu. Ftit ilu l-kumitat kien talab lill-Awditur jaghmel ukoll rapporti dwar l-ghoti ta’ direct orders fl-isptar Mater Dei qabel l-elezzjoni fejn, minkejja li l-awditur irraporta li dawn ma kienux skond proceduri stabiliti, il-prim ministru minflokk agixxa fuq ir-rapport tal- awditur stqarr publikament li d-direct orders kienu decizjoni tieghu ghax hekk hass li kien hemm bzonn. Similiment, meta Il-PAC kien iddiskuta r-rapport tal awditur dwar ir-Radju Mediterrean immexxi minn l-ex deputat nazzjonaslita Richard Muscat, u kienu gew sollevati diversi nuqqasijiet, kull pass iehor ta’ investigazzjoni li gie propost minn-naha tal-minoranza Laburista fil-Kumitat gie imblukkat peress li l-maggoranza tal-Gvern ivvutat kontra .
Pero, minkejja dan, iL-PAC ghandhu validita ghax id-dmir tieghu skond il-ligi huwa li jiskrutinja u jesponi n-nuqqasijiet kif wkoll li jindika r-responsabblita fuq min taqa’ fl–amministrazzjioni publika. Fl-ahhar pero, tali responsabbilita jrid igorrha l-politku. Dan huwa punt importanti hafna f’dik li hija kontabilita, reposnabbilita u good governance fit-tmexxija publika. Jekk ma jkunx hemm il-volonta politka ta’ tmexxija tajba, efficjenti, u responsabli l-affarijiet ma jinbidlux.
L-ahhar rapport tal awditur ghas sena 2008 jerga’ jissolleva l-poblemi li kienu rapportati fi snin precedenti. Dan juri li, minkejja dak diskuss, xorta jibqa’ il fatt li min jkun qed jamministra jonqos xi kultat bil-goff. Ir-rapport tal-awditur jissotolineja fost dipartimenti partikulari l-isptar ta Ghawdex u l-Ministeru tal-Ambjent u Affarijiet Rurali, apparti dipartimenti ohra. Xi zmien ilu l-PAC kien iddiskuta s-stwazzjoni fl-isptar ta’ Ghawdex. Ghall perjodu qasir l-affarijiet bdew jinbidlu, imma wara kollox rega’ mar kif kioen kif jikkonferma l-ahhar rapport tal-awditur. Huwa l-Gvern u primarjament il-Ministeru tal Finanzi u L-Ufficju tal Prim Ministru li jridu jinsistu fuq tmexxija gusta u reposnabbli u jiehdu r-responsabbilita li jaffetwawha.
Ghlal dawn it-tliet xhur li gejjien il-Kumitat, kif habbar il-bierah ghandu programm interessanti ta’ hidma, kemm fuq ir-rapport tal-awditur kif wkoll fuq materji ta’ importanza partikulari, bhalama huwa d-diskussjoni dwar Accrual Accounting – sistema li ilha hafna snin li nbdiet u ghadha fi stadju prematur hafna fl amministrazzjoni publika, u rapport ta’ Price Water House Coopers dwar il-Fairmount .
Fl–esperjenza tieghi ta’ diversi snin fil PAC, nemmen li dan il-Kumitat parlamentari bhal Kumitati ohra jaghmel hafna hidma siewja. Nemmen wkoll li nistghu naggiornawh ukoll u ntejbuh fuq l-esperjenza li giet akkwistata. L iskop tal-PAC ma hux li jikkastiga lil xi impjegat, Imma li jtjjeb it-tmexxija publika, issahhah il-principju ta’ value for money, u jtejjeb l-efficjenza u il kontabilita fl-Amministrazzjoni Publika. Is-suggerimenti dejjem isiru u dan bi qbil anke mill- membri tal-Gvern, pero l-implimenatzzjoni taghhom li tigi bl-impenn politku ta’ min imexxi tkun hafna drabi nieqsa. Din ir responsabblita politka fl-ahhar mill-ahhar taqa’ fuq il-Prim ministru tal- gurnata.
Dr .Charles Mangion
UncategorizedLeave a Reply

